Min Aħna
Il-Fondazzjoni topera taħt il-gwida ta’ Kunsill ta’ Amministraturi b’sitt membri. Tliet membri jinħatru mill-Gvern, filwaqt li l-Arċidjoċesi ta’ Malta tagħżel it-tlieta l-oħra. Biex jinżamm bilanċ fl-għanijiet tal-Fondazzjoni, kull sentejn tinbidel il-persuna responsabbli mill-irwol taċ-chairperson. F’Marzu 2024 inħatar Kunsill ġdid. L-Eċċellenza tiegħu, l-Ambaxxatur Roberto Buontempo, ser ikun qed jieħu r-rwol ta’ Chairperson. Intant, is-Sur Dominic Sciberras ser jokkupa r-rwol tas-Segretarju Ġenerali u s-Sinjura Rose-Anne Abdilla inħatret bħala teżorier. Membri oħra tal-Kunsill huma Dr Yanika Vidal, Dr Frank Psaila u s-Sur Mark Cachia. Filwaqt li l-Kunsill jidderieġi l-politika ġenerali tal-Fondazzjoni, l-operat tal-Fondazzjoni huwa mmexxi mill-Kap Eżekuttiv.
Dr. Jake Azzopardi inħatar fit-tmexxija tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli f' Mejju tat-2023. Dr Azzopardi huwa avukat, u fil-karriera tieghu huwa kellu rwol fit-tfassil tal-Att dwar il-Kiri Residenzjali Privati tal-2020 u r-riformi fil-liġijiet tal-kera tal-2021. Fis-settur pubbliku, huwa kkontribwixxa għal diversi programmi ta’ housing li gawdew minnhom diversi Maltin u Għawdxin. Dr Azzopardi għandu ukoll esperjenza vasta fir-riċerka fejn, fost oħrajn, kien parti integrali fl-istudju tal-2022 dwar dak li jissejjaħ “National Living Income” tal-pajjiż. Qabel ingħaqad mal-FAH, huwa kien konsulent politiku fil-Parlament Ewropew u rrapporta dwar kwistjonijiet soċjali bħala ġurnalist.
Il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli waqqfet kumitat ta’ investiment li se jinżamm taħt is-sorveljanza tal-Kunsill tal-Amministraturi. Il-kumitat se jkollu l-kompitu li jamministra l-ewwel inizjattivi tal-Fondazzjoni b’ħarsa lejn it-tkabbir tal-organizzazzjoni fit-tul.
Il-Fondazzjoni tlaqqa’ fi ħdanha grupp varjat ta’ esperti minn diversi dixxiplini. Dawn il-professjonisti jingħaqdu b'missjoni li jmexxu 'l quddiem rakkomandazzjonijiet, iwettqu riċerka b'mod speċjali fuq is-suq tal-propjeta', u jgħinu fit-tfassil soluzzjonijiet innovattivi l-fondazzjoni se tipprovdi. L-għarfien tal-esperti b'mod kollettiv jiżgura li l-inizjattivi tal-fondazzjoni jkunu ibbażati fuq ir-riċerka u innovazzjoni