Il-Missjoni Tagħna
Noħolqu valur soċjali u finanzjarju fis-suq tal-propjetà
Għanijiet
Bħala intrapriża soċjali, l-għan tagħna huwa li nipprovdu soluzzjonijiet sostenibbli u profitabbli għas-suq tal-proprjeta’ tal-lum. Il-Fondazzjoni qiegħda topera fi ħdan id-dinamiċi tas-suq u se tfittex li tgħaqqad metodi tradizzjonali mal-innovazzjoni ekonomika u soċjali, biex tgħin lil dawk ir-residenti f’Malta li jixtiequ jsiru sidien ta’ djarhom jew jikru bi prezzijiet raġonevoli. B’hekk inkunu qed inrawmu ambjent fejn il-komunitajiet ikunu jistgħu jiffjorixxu kemm soċjalment kif ukoll finanzjarjament. B'dawn il-miżuri, il-Fondazzjoni se tfittex primarjament li tgħin lil persuni li d-dħul tagħhom jiskwalifikahom milli jirċievu akkomodazzjonijiet soċjali tradizzjonali iżda xorta jsibu diffikultajiet biex jinnavigaw is-suq Malti tal-proprjeta'.
Fit-13 ta’ Jannar 2022, permezz ta’ att pubbliku iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Arċidjoċesi ta' Malta, il-Fondazzjoni ġiet mniehda uffiċjalment bħala intrapriża soċjali. Din kienet l-ewwel darba li f' Malta ġiet introdotta it-tielet faċċata fis-suq tal-proprjeta', wara l-proprjeta' privata u pubblika. Dr Jake Azzopardi inħatar f'Ġunju. bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Akkomodazzjoni Affordabbli f’ Mejju tal-2023