Soluzzjonijiet Irriċerkati

L-approċċ tagħna aħna u nindirizzaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni hi li niżviluppaw soluzzjonijiet prattiċi li jinbtu minn riċerka prattika. Għalhekk, it-tim tagħna ta’ esperti fis-suq tal-proprjetà jaħdem id f’id ma’ kollaboraturi lokali u sorsi varji ta’ riċerki bl-għan li verament jifhmu l-bżonnijiet attwali tan-nies li naqdu. M’aħniex interessati li nimponu politiki minn fuq għal isfel. Minflok, nibdew minn isfel u nitilgħu bil-mod il-mod ’il fuq biex nassiguraw li qed noffru akkomodazzjoni affordabbli għal sitwazzjonijiet speċifiċi. 

Filwaqt li l-akkomodazzjoni affordabbli hija diskussa ta’ spiss f’Malta, għad hemm nuqqas ta’ informazzjoni robusta u evalwata bejn il-pari li tispira deċiżjonijiet li bihom tista’ tittieħed azzjoni. Għalhekk, nemmnu li huwa dmirna li nsiru l-esperti ewlenin f’dan il-qasam. Billi nħarsu lejn il-ħafna statistiċi u data li niġbru, nistgħu nifhmu aħjar l-isfond sħiħ u nsaħħu s-settur tal-akkomodazzjoni f’Malta b’informazzjoni preċiża u komprensiva li tindirizza l-fatturi kollha, bħalma huma l-fluttwazzjoni fil-pagi, l-inflazzjoni fil-prezzijiet, u l-modi ġodda li qed jaffettwaw iċ-ċirkostanzi personali tan-nies. 

Billi nibqgħu niltaqgħu man-nies li qed jiffaċċjaw dawn il-problemi u nisimgħuhom, sena wara sena nistgħu nibqgħu naddattaw għar-realtajiet fluwidi tagħhom. Huwa dan l-impenn favur azzjoni bbażata fuq l-evidenza li jħeġġeġ il-missjoni tagħna. B’hekk, noħorġu b’soluzzjonijiet li mhux talli jidhru sbieħ fuq il-karti, iżda jikkunsidraw ukoll l-isfidi attwali li jafu jiġu injorati f’politiki u inċentivi tradizzjonali. 

Jekk tixtieq tibqa aġġornat bl-iżviluppi ewlenin kollha mill-Fondazzjoni għal Djar Affordabbli, agħfas hawn: Żomm Ruħek Aġġornat

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *