
L-isfida tal-akkomodazzjoni affordabbli f’Malta ma tistax tiġi indirizzata minn organizzazzjoni waħda waħedha. Bħala impriża konġunta bejn il-Gvern u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, tassew nemmnu li l-progress iseħħ meta n-nies minn kull qasam tas-soċjetà jingħaqdu flimkien b’għan komuni u ċar. Għalhekk, id-djalogu u l-kooperazzjoni dejjem inżommuhom fil-qalba ta’ kulma nagħmlu.
F’dawn l-aħħar ftit snin, ħdimna mill-qrib ma’ banek, kumpaniji tal-kostruzzjoni, żviluppaturi, organizzazzjonijiet nongovernattivi, fost oħrajn, biex nassiguraw li kull leħen jingħata widen u kull aspett jiġi indirizzat. Huwa dan l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni li qed jgħinna nintroduċu firxa wiesgħa ta’ inizjattivi prattiċi u azzjonabbli addattati għal kategoriji ta’ introjtu u bżonnijiet individwali differenti.
Tgħallimna li f’din is-sitwazzjoni f’Malta, m’hemmx soluzzjoni waħda li tapplika għal kulħadd. Xi wħud jeħtieġu gwida biex isibu l-aħjar modi ta’ finanzjament, u oħrajn jeħtieġu djar addattati għal sitwazzjonijiet familjali speċifiċi. Billi ngħaqqdu l-għarfien u r-riżorsi kollettivi tagħna, nemmnu ħafna li qed nagħmlu bidliet tanġibbli fil-vjaġġ ta’ bosta persuni li jixtiequ jsibu akkomodazzjoni affordabbli. Fl-istess waqt, qed noħolqu l-pedament li fuqu jista’ jinbena futur għas-suq tal-proprjetà lokali li hu nieqes minn sfidi bla bżonn.
Jekk tixtieq tibqa aġġornat bl-iżviluppi ewlenin kollha mill-Fondazzjoni għal Djar Affordabbli, agħfas hawn: Żomm Ruħek Aġġornat