Affordable Homes Initiative
Il-missjoni tagħna fil-Fondazzjoni hi li nagħmlu l-akkomodazzjoni affordabbli, għax kulħadd jistħoqqlu post xieraq li jsejjaħlu d-dar. Permezz tal-Inizjattiva Djar Affordabli, qed nagħmlu mijiet ta’ djar disponibbli bi prezz aktar baxx. Ferm aktar baxx. Madwar 30% inqas mill-prezz tas-suq għal djar simili. Dawn id-djar se jkunu disponibbli għal individwi u koppji li jaħdmu, bit-tfal jew mingħajr, li għandhom dħul minn baxx sa medju u assi limitati. Qed nagħmlu dan billi naħdmu f’kollaborazzjoni ma’ żviluppaturi privati li se jwasslu djar moderni ta’ kwalità, sostenibbli, bi prezz aktar baxx. Ix-xerrejja se jibbenefikaw minn dar ta’ kwalità u passaġġ ċert u affordabbli lejn li jsiru sidien ta’ darhom. Aħna se niżguraw il-kwalità, niggarantixxu s-sostenibbiltà u nkunu magħkom f’kull pass matul ittriq. Agħmel l-ewwel pass lejn dar affordabbli billi tirreġistra l- interess tiegħek HAWN.
Overview of Sites
Dawn id-djar se jkunu qed jinsabu f’erba’ (4) lokalitajiet differenti: il-Fgura, il-Kirkop, Marsaskala u Ta’ Ġiorni (San Ġiljan), u ser jkunu għall-bejgħ fi stat kompletament lest, inklużi l-kmamar talbanju u l-bibien.”
