Bħala l-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, nemmnu li m’għandha tkun diffiċli għal ħadd li jsib dar li hi komda u aċċessibbli. Bħala l-ewwel intrapriża f’Malta fis-settur tal-akkomodazzjoni, qegħdin niffokaw fuq li ngħinu individwi bieżla, koppji, u familji li, għalkemm għandhom biżżejjed dħul biex ma jikkwalifikawx għall-akkomodazzjoni soċjali, xorta qed isibuha bi tqila...
